Heard in the hive…

L-ewwel attivita’ tal-VC3

contributed by VC3 leaders

Il-Grupp tal-Volontarjat tal-iskola tagħna l-VC3 (Voluntary Group – Compassion, Commitment, Communion) għandu l-għan li jnissel fl-istudenti u jifforma attitudni ta’ kompassjoni, impenn u għaqda bejn il-membri.

L-ewwel attività ta’ din is-sena skolastika kienet attività li fiha l-istudenti kellhom l-opportunità li juru l-apprezzament tagħhom lejn ix-xogħol siewi li jwettqu l-għalliema u l-LSEs b’tant dedikazzjoni. Matul l-attività li saret nhar l-Erbgħa 14 ta’ Novembru wara l-ħin tal-iskola, l-istudenti li kienu preżenti kitbu messaġġ qasir ta’ apprezzament lil kull għalliem/a li jgħallmuhom. Wara, imbagħad, dawn il-messaġġi tqiegħdu fuq l-iskrivaniji tal-għalliema differenti u servew bħala sorpriża sabiħa għall-għalliema hekk kif l-għada daħlu lura għax-xogħol u sabu dan il-kliem ta’ apprezzament.

Dan il-ġest ġie apprezzat ferm u għen ukoll biex l-istudenti jkunu aktar konxji tal-ħidma kbira li jwettqu magħhom ta’ kuljum l-edukaturi tal-iskola tagħna.