Frażi meħuda minn diskors illi qal l-Isqof Oscar Romero, Isqof ta’ El Salvador, li xħin beda jara l-inġustizzji f’pajjiżu taħt dittatorjat, beda jara kif jagħmel biex ikun il-vuċi ta’ dawk li ma setgħux isemmgħu leħinhom.
Il-messaġġ tal-Headmaster Fr Mark lill-istudenti tas-Sekondarja għal din is-sena skolastika.
B’liema mod nista’ nkun jien il-vuċi ta’ Alla?
Kif sa nkun jien l-ispalla biex ngħin lil min hu fil-bżonn ?
Li kieku jiena għaddej minn sitwazzjoni diffiċli, li kieku jiena għandi problema li qed inħossha tqila illi nġorrha waħdi, inkun nixtieq lil xi ħadd li jgħinni?
Għalfejn int xi kultant tiddeċiedi li ma jimpurtakx?
Li jiena ngħin lil ħaddieħor, li jiena nkun il-vuċi għal ħaddieħor, li jiena nkun spalla għal ħaddieħor li għaddej minn diffikulta`, inkun il-messaġġ ta’ Alla.
Ħa nkun jien il-microphone t’Alla, mhux bilfors b’dak li ngħid, ħafna aktar b’dak li nagħmel.
