F’din il-ġurnata, ġimgħa eżatt qabel il-Ġimgħa l-Kbira, Malta donnha tieqaf. Il-ħarsa ta’ bosta ddur lejn dik l-Omm li taħt is-salib ta’ binha Ġesu’, hija wieqfa, imbikkija, tara lil binha fit-tbatija. Kemm hi kiefra x-xena ta’ bniedem imsawwat u msallab għall-ħażen li hu qatt ma għamel. F’dan il-jum, ejjew nissieħbu ma’ din l-Omm tagħna fit-tbatija tagħha, filwaqt li niftakru li hawn miljuni ta’ persuni li kuljum ibatu fis-skiet.
F’dan il-filmat ningħaqdu ma’ San Ġorġ Preca f’Eżerċizzju ta’ Kompassjoni mal-Addolorata, li ħareġ mill-pinna tiegħu…