Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2019 iċċelebrajna Jum L-iskola u għal din l-okkażjoni ngħaqad magħna Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna. Matul il-ġurnata, l-Arċisqof iltaqa’ mal-istudenti kollha tal-iskola f’laqgħat differenti. Iktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ wkoll mal-għalliema u mal-istaff tas-Seminarju.
Iċ-ċelebrazzjonijiet, li kienu kkoordinati mit-Tim tal-Liturġija flimkien mat-tmexxija tal-iskola, kienu jikkonsistu f’mument ta’ talb, mima, kant u diskussjoni mal-Arċisqof. L-istudenti tal-iskola primarja ppreparaw rappreżentazzjoni viżiva ta’ kliem marbut mal-motto tal-iskola għal din is-sena: Be God’s Microphone.
F’din il-ġurnata ngħata wkoll il-Good Samaritan Award lil Matthias John Buhagiar tas-sitt sena u lil Zachary Pullicino tal-għaxar sena. Dan il-premju jingħata darba fis-sena lil studenti li fl-aħħar xhur għamlu sforz ġenwin u sagrifiċċji personali sabiex jgħinu lil xi ħadd jew lill-oħrajn.
Fil-filmat t’hawn taħt, tista’ ssegwi l-mumenti prinċipali ta’ din iċ-ċelebrazzjoni.
Fil-link t’hawn taħt tista’ tara iktar ritratti flimkien ma’ artiklu li deher fil-ġurnal online newsbook.com.mt dwar din il-ġurnata.