Dik is-Siġra tal-Foyer!

Żgur li kull min daħal fl-iskola tagħna fix-xahar ta’ Novembru, innotta s-siġra kbira li għandna fil-foyer tal-iskola. Wieħed mill-ewwel jinnotta li fiha diversi spirali b’ritratti f’nofsha u fuq kollox hemm Ġesù Rxoxt li bħal donnu qiegħed iżomm din is-siġra. Fil-fatt, l-ispirali li fiha din is-siġra ġew magħmula mill-istudenti li jinsabu mill-year 3 sa year 7 tal-iskola tagħna. Waqt lezzjoni tal-PSCD ġie spjegat lilhom kif fiż-żmien Neolitiku, f’diversi tempji tagħna kienu jpinġu spirali biex ifakkruhom li l-ħajja tagħna tibda hawnhekk u tkompli għal dejjem. Għalhekk, kull student poġġa f’nofs l-ispiral ritratt ta’ xi ħadd għażiż għalih u li issa miet. Madwaru, kull student kiteb xi esperjenzi jew stejjer sbieħ li għex ma’ dik il-persuna u anki valuri li għallmitu din il-persuna. Wara poġġejniehom flimkien biex għamilna s-siġra tal-ħajja li ċ-ċentru tagħha huwa Ġesù Rxoxt. Fil-fatt, wieħed jista’ jinnotta li Ġesù għandu l-pjagi f’idejh. Dawk il-persuni kollha li mietu issa jinsabu ħdejn Ġesù għal dejjem u aħna nirringrazzjawh għalihom filwaqt li nkomplu nitolbu għalihom.

sigra-tal-hajja-2018