YOUSEM … grupp ġdid għaż-żgħażagħ!

Għeżież,

Fl-aħħar xhur, grupp ta’ għalliema u LSEs mill-iskola tagħna, ltqajna flimkien biex nagħtu bidu għal grupp ta’ żgħażagħ, li se jibda jiltaqa’ kull ġimghatejn fis-Seminarju stess. Bl-isem ta’ YOUSEM, il-grupp se jkun miftuħ għal żgħażagħ, ex-studenti u oħrajn, ġuvintur u tfajliet ta’ bejn 16 u 25 sena.

Nistednukom tidħlu fil-paġna tagħna fuq facebook: https://www.facebook.com/youseminary/ u iżżommu kuntatt magħna u mal-attivitajiet li ser inkunu qed intellgħu.

YOUSEM!

Grazzi mill-qalb
Fr Stephen