Parteċipazzjoni fil-Programm “Matthew”

contributed by Mr. Keith Giacomotto, Year 6.2

L-iskola primarja tas-Seminarju qed tipparteċipa fil-proġett Matthew (ESF.02.153), ikkoordinat miċ-Church School Children’s Fund. L-iskola investiet f’varjetasabiħa ta' kotba bil-Malti u grazzi għal dan il-proġett, ingħatat l-istess ammont ta' kotba b'xejn. Il-kotba diġa jinsabu fil-klassijiet tat-tfal u dawn ħa jkunu ta’ nkoraġġiment sabiex it-tfal jaqraw aktar u jitgħallmu japprezza il-ktieb. Ejjew inħeġġu lil uliedna jaqraw aktar bil-Malti!