
poeżija miktuba minn Jamie Azzopardi, House 7 Woytila
Wasal l-għaxra ta’ Novembru,
Għat-tiġrija kont anzjuż
Dejjem xtaqt inkun atleta,
Biex xi darba nkun famuż.
Irħejnilha lejn il-Marsa,
U wasalna eżatt fil-ħin.
Iltqajt mal-atleti l-oħra,
Kollha kienu ħerqanin.
Bdejna l-preparazzjoni
Wara dħalna fuq it-trakka.
Bdiet taqbadni l-emozzjoni,
Kelli qalbi ser tixpakka.
Il-pistola smajtha tfaqqa’,
U tlaqt niġri kemm kont niflaħ.
Bdejt nistinka u nimbotta
Jekk nirbaħha tgħidx kemm nifraħ !
Wasalt fl-aħħar, naqra fadal.
Fl-aħħar żgur mhux ser niżbalja
Dik il-linja qtajtha l-ewwel !
Tad-deheb tawni il-medalja !!!