It-talent tiegħi

minn Lucas Mifsud, klassi 5.1

Għall-assessjar tar-Reliġjon tal-ewwel term kellna nagħmlu vidjow dwar xi talent li għandna. Jien għamiltu dwar l-arti, għax jiena nħobb inpinġi ħafna, u diġa` għamilt diversi tpinġijiet.

Peress li jiena nħobb ħafna l-annimali, iddeċiddejt li npinġi ritratt tiegħi mal-papra li kelli. Għamilt ukoll tpinġija tal-kelba tiegħi. It-teknika li użajt biex pinġejt dawn l-istampi hi l-użu tal-‘water paint’ u l-‘oil pastels’.

Għamilt ukoll tpinġija li turi diversi rix ta’ għasafar differenti u semmejtha ‘Raining Feathers’. L-aħħar tpinġija li għamilt semmejtha ‘Orange World’. L-idea ta’ din it-tpinġija ġibtha mill-pittura ‘Birchwood with a Flock of Sheep’ tal-artist Van Gogh. It-teknika li użajt biex pinġejt dawn iż-żewġ pitturi kienet l-użu tal-lapsijiet tal-kulur.

Dan huwa wieħed mit-talenti tiegħi. Inħobb inpinġi ħafna, u dejjem nipprova nsib il-ħin biex inpinġi, għax meta inkun qed npinġi, inħossni aktar trankwill.