About Us
Downloads
Students
Subjects
.
E-Learning Moodle Login







Latest News

Show News (Variables)

Għaqda Ġenituri Għalliema

Bdiet il-ħidma tal-PTA

Sun 20 Sep 2009

Is-suċċess ta’ wara kull  attività bla dubju ta’ xejn isseħħ wara ħidma fejjieda mill-kumitat flimkien mal-amministrazzjoni tal-iskola u intom ġenituri. Dan seta’ jidher fl-aħħar attivita’ li biha għalaqna s-sena skolastika 2008/2009. Il-fiera tal-Ħadd, 3 ta’ Mejju 2009  reġgħet kienet suċċess ieħor. Bil-parteċipazzjoni tal-APCCS dawk preżenti setgħu igawdu minn programm sħiħ ta’ varjetà u attivitajiet għall- familja kollha filwaqt li għenu lill-iskola b’xi xiri li għamlu minn fuq l-istalls li kien hemm.

Fl-20 ta’ Settembru, 2009, iċ-Chairperson  Ms Doreen Falzon u l-Ass. Segretarja Ms Myriam Galea ltaqgħu mal-ġenituri tat-tfal il-ġodda waqt l-Orientation Day, fejn tkellmu dwar x’inhuma l-għan u l-ħidma tal-PTA u kif il-ġenituri jistgħu joffru l-għajnuna tagħhom lill-iskola . Minn hawn nagħmel appell u nħeġġeġ lill-ġenituri kollha għall-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom waqt dawn il- laqgħat u attivitajiet.

Ms Audrey Gauci fetħet il-Laqgħa Annwali Ġenerali li saret nhar is-Sibt, 10 t’ Ottubru, meta introduċiet il-proġett tal-EkoSkola li l-iskola tas-Seminarju Minuri qiegħda tniedi din is-sena.
Wara li nqraw ir-rapporti mis-segretarja u t-teżoriera ġew eletti l-membri l-ġodda tal-kumitat 2009/2010. Minn hawnhekk nawgura lill-kumitat il-ġdida ħidma fejjieda filwaqt li nixtieq insellem u nirringrazzja lill-membri li temmew l-impenji tagħhom:  Ms Gloria Abela , Mr Paul Brincat, Mr Claude Cuschieri u Mr Charles Gatt. Nirringrazzjaw speċjalment lill-ex Chairperson Ms Doreen Falzon  għall-enerġija  li dejjem ħadmet biha għall-ġid tal-iskola matul iż-żmien twil tagħha fil-kumitat.
 Għall-ġenituri preżenti  din il-laqgħa serviet ukoll biex setgħu jressqu mistoqsijiet, ilmenti u suġġerimenti li kienu jolqtuhom.

Waqt l-ewwel laqgħa tal-kumitat il-ġdid inħatru dawn il-membri b’dawn il-karigi :Chairperson: Ms Myriam Galea, Ass.Chairperson: Ms Christine Bonello, Segretarja: Ms Julie-Anne Caruana, Ass Segretarja: Ms Sandra Vella Valletta,
Teżoriera : Ms Carmen Sammut, Ass. Teżoriera: Ms Phyllis Debono, u PRO Ms Carmen Cuschieri.

Minn hawn ’il quddiem il-kumitat il-ġdid beda biex jaħdem fuq ideat u proġetti li j[ibu lill-iskola aktar ‘il quddiem., kif ukoll biex intom ġenituri tħossukom parti mill-familja tas-Seminarju.


Bdiet il-ħidma tal-ommijiet li b’mod volontarju ta’ kull nhar ta’ Tlieta jew Erbgħa bdew jagħtu daqqa t’id fil-garaxxijiet . Bi pjaċir ngħid li din is-sena rajna wkoll uċuħ ġodda. Din hi ħaġa po\ittiva ħafna għax barra li tikber l-għajnuna qed inqajmu wkoll interess fl-attivitajiet tal-iskola. Minn hawn nirringrazzjakom tal-l-impenn u l-għajnuna li tagħtu u nispera li nkomplu noħolqu interess f’dak kollu li jista’ jolqotkom.

Julie-Anne Caruana
Segretarja PTA


Back to News List