About Us
Downloads
Students
Subjects
.
E-Learning Moodle Login







Latest News

Show News (Variables)

Reunion 1999

Old Students

Fri 22 May 2009

Nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju 2009, kienet okkażjoni sabiħa għaliex grupp ta’ studenti li studjaw is-Seminarju fis-snin 2004-2009 ltaqgħu għal darb’oħra flimkien. Din ir-re-union kienu ilhom jippreparaw għaliha b’mod speċjali Andrew Xuereb, Adrian Falzon, Alfio Catania u Neville Demicoli. Saħansitra għamlu websajt biex ifakkru din l-okkażjoni.

Attendew għal din l-attività s-Surmast Dun David Cilia, l-Assistant Head Ms Carmen Sammut u numru ta’ għalliema li għadhom jgħallmu f’din l-iskola u oħrajn li m’għadhomx. L-attività bdiet billi l-eks-studenti ltaqgħu fis-Seminarju għal drinks offruti mill-iskola. Ta’ min jgħid li dan il-grupp huma l-ewwel Form 5 li mexxa Dun David. Tassew kien hemm atmosfera ferriħija. Dawn l-istudenti baqgħu impressjonati bil-progress li għamlet l-iskola tul is-snin. Huma raw il-librerija, l-istaff room u l-music room.

Wara s-Seminarju, kulħadd irħielha lejn pizzerija biex ikomplu jaqsmu l-esperjenza tagħhom fl-iskola tagħna f’atmosfera informali għall-aħħar. Lgħada xi wħud minn dawn l-istudenti reġgħu ltaqgħu l-iskola għal turnament tal-futbol.

Kienet tassew attivita’ sabiħa u organizzata tajjeb ħafna u li ġabet memorji sbieħ kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema preżenti.


Back to News List