About Us
Downloads
Students
Subjects
.
E-Learning Moodle Login







Latest News

Show News (Variables)

Ċerimonja f’Ġieħ Dun Karm Psaila

Malti

Wed 21 Oct 2009

Nhar l-Erbgħa 21 t’Ottubru 2009, nġbarna fejn il-monument ta’ Dun Karm biex infakkru l-anniversarju tat-twelid u tal-mewt tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila li jaħbtu t-tnejn f’dan ix-xahar Dakinhar xi skejjel inġabru fl-iskola tal-Furjana u minn hemm imxew sal-monument tiegħu. Hemmhekk  inqraw xi poeżiji minn tiegħu. Mauro Karl Sultana tal-Form 3B qara l-poeżija “Trid Taf?”.  Fost il-mistednin kien hemm is-Sindku tal-Furjana u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor Clude Puli  Ippreżenta l-Programm l-Uffiċjal Edukattiv is-Sur David Agius Muscat li qal ukoll kelmtejn fuq il-ħajja ta’ dan il-poeta tant magħruf f’Malta. Fl-aħħarnett kull skola poġġiet bukkett fjuri quddiem il-monument u tkanta l-Innu Malti mill-iskola tal-Furjana. L-iskola tagħna kienet rappreżentata mill-Għalliema tal-Malti Ms Pyllis Debono flimkien mal-istudenti Kieron Caruana tal-Form 2B, Matthew Farrugia tal-Form 3A U Mauro Karl Sultana tal-Form 3B.

Kieron Caruana
Form 2B


Back to News List