About Us
Downloads
Students
Subjects
.
E-Learning Moodle Login







Latest News

Show News (Variables)

Jum il-Vokazzjonijiet

Pastoral

Thu 14 May 2009

Il-Ġimgħa, 14 ta’ Mejju, 2009 kienet l-appuntment ta’ kull sena li l-iskola jkollha mas-Seminaristi li jieħdu ħsieb jorganiżżaw Jum il-Vokazzjonijiet  għall-istudenti tagħna.

It-tema tal-attività kienet “Trid tikkopera?” Ir-Rettur Dun Jimmy Bonnici introduċa din it-tema, waqt li beda jqiegħed sett ta’ domandi li żagħżugħ għandu jsaqsi. Importanti li wieħed jikkopera fil-pjan t’Alla.

Wara r-Rettur, is-Seminarista Carlo Calleja fisser kif wasal biex wieġeb għas-sejħa li għamillu Alla. Huwa beda b’xi logħob maġiku biex jurilill-istudenti li għalkemm miexi lejn is-saċerdozju hu jġorr il-kwalitajiet li kellu qabel u jużahom f’din il-vokazzjoni. Huwa qal li {esù jridna kuntenti jekk nilħqu l-potenzjal li hemm ġo fina. Ma rridux nibżgħu li nitilfu kollox biex ikollna ‘l Alla f’ħajjitna.

Imbagħad Dun Frans Abdilla li hu d-Direttur Spiritwali tal-Junior College qasam mal-istudenti l-esperjenza tal-vokazzjoni tiegħu. Huwa qal li hu raġel normali u għalhekk dan ifisser li kapaċi jħobb u li jkun maħbub. B’hekk bħala raġel li għażel il-vokazzjoni ta’ qassis jinsab kuntent. Huwa qal li dam biex iwieġeb għas-sejħa iżda minn dejjem kien attent għal dak li jixtieq Alla minnu. Hu qal li ma tilħaqx qassis iżda ssir qassis. Issir qassis daqs kemm ikollok relazzjoni personali ma’ {esù biex imbagħad tkun tista’ twassal lil {esù għand in-nies u lin-nies għand {esù. Hu qal lill-istudenti li jekk iħossu xi ħaġa għandhom isaqsu u jieħdu ż-żmien tagħhom. M’għandhomx jibżgħu jagħmlu l-pass u wieħed irid jemmen f’xi ħadd li jħobbu. Hu temm jgħid li fid-dinja m’hemmx isbaħ milli tagħmel dak li jridek il-Mulej.

Is-sessjoni għalaqha d-Direttur tal-Vokazzjonijiet, Dun Michael Bellizzi li beda billi wera lit-tfal video-clip dwar il-live-ins. Imbagħad kompla biex mexxa mument ta’ talb li kien imħallat bil-kant. Meta ntemmet l-attività l-istudenti ngħataw ċikkulata.

Din l-attività tkun dejjem organizzata tajjeb u għalhekk ta’ min jirringrazzja lir-Rettur Dun Jimmy Bonnici li flimkien mas-seminaristi taw il-ħin tagħhom biex iwasslulna l-idea ta’ kif wieħed għandu jwieġeb għas-sejħa t’Alla.


Back to News List