About Us
Downloads
Students
Subjects
.
E-Learning Moodle Login







Latest News

Show News (Variables)

Il-Kittieb Joe Friġġieri jiltaqa` mal-Form 2

Malti

Fri 08 May 2009

Nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Mejju, 2009, il-kittieb Dr Joe Friġġieri ġie l-iskola tagħna biex ikellem lil Form 2 dwar iż-żewġ kotba “L-Istejjer tar-Ronnie” u “Aktar stejjer tar-Ronnie”. Huwa beda billi fisser lill-istudenti kif ġietu l-idea ta’ xi stejjer li kiteb. Ma naqsitx il-laqta umoristika li beda jinqeda biha tul it-taħdita.

It-tieni parti ddedikaha biex flimkien mat-tfal, jibni storja li tixbah lil tar-Ronnie. Dan kien eżerċizzju interessanti ħafna li qajjem entużjażmu fit-tfal. Wara dan, it-tfal ħadu ħsieb jiktbu n-novella tagħhom d-dar biex imbagħad ġew ippubblikati fi ktejjeb.

Din l-attività li saret għat-tieni darba b’inizjattiva tal-għalliema tal-Malti Ms Phyllis Debono, wasslet b’mod ħaj kif awtur jasal biex jikteb storja.


Back to News List