About Us
Downloads
Students
Subjects
.
E-Learning Moodle Login







Latest News

Show News (Variables)

Rebbieħa ta` turnament tal-Futbol tal-MSSF

Sports

Tue 26 May 2009

Nhar it-Tlieta 26 ta’ Mejju, 2009 kienet ġurnata sabiħa għall-iskola tagħna, għaliex it-tim tal-Futbol tal-Under 15 tal-iskola tagħna rebaħ turnament tal-futbol organizzat mill-Malta Students Sports Federation (MSSF) għall-iskejjel tal-Knisja u Privati. Huma spiċċaw biex għelbu l-isfida tal-Kulleġġ San Alwiġi, ta’ St Michael’s Foundation u tal-iskola Sekondarja ta’ Sant’Andrea. Meta tqis il-kalibru u l-isem li għandhom dawn l-iskejjel, dan kien suċċess kbir. Ta’ min jifraħ l-ewwelnett lill-plejers kollha li ħadu sehem u jifraħ ukoll lis-Sur Mark Farrugia, l-għalliem tal-PE u lis-Sur Silvan Ciscaldi li ħa ħsieb jikkowċjahom.

L-iskola hija kburija b’din ir-rebħa importanti. Prosit!


Back to News List