About Us
Downloads
Students
Subjects
.
E-Learning Moodle Login







Latest News

Show News (Variables)

Ħarġa sal-Kunvent u l-Knisja tal-Karmelitani fl-Imdina

outing Form 2B

Wed 04 Mar 2009

Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Marzu,2009, il-Form 2  rħejnielha bil-mixi sal-Kunvent u l-Knisja tal-Karmelitani li jinsabu ġewwa l-Imdina.

Kif wasalna rajna vidjow qasir fuq il-ħajja tal-Karmelitani u s-servizz li jagħtu lil Alla. Wara dħalna f’kappella ċkejkna iżda sabiħa, fejn kienu jitolbu l-patrijiet.

Il-Kamra tal-Votazzjoni, fiha mejda twila mdawra bis-siġġijiet u f’nofs il-mejda tinsab kaxxa mżejna bi stil Gotiku. Fiha kienu jitfgħu boċċa skond id-deċiżjoni tal-patrijiet. Jekk tkun bajda jkun hemm qbil u jekk tkun sewda, ma jkunx hemm qbil. Ir-Refettorju jew aħjar Kamra tal-Pranzu, tinsab Biswit din il-kamra  jinsab ir-Refettorju jew aħjar il-Kamra tal-Pranzu. Il-pitturi tas-saqaf tpittru fuq il-ġebla minn Patri Karmelitan. Il-kċina fiha forn antik, platti, bombli tal-fuħħar għall-inbid u l-ilma, borom, taġnijiet u saħansitra anki kenur antik.

Wara l-kċina dħalna ġo ċella ta’ patri. Biswit iċ-ċella hemm il-Mejjilla tal-Mejtin. Dħalna go kamra fejn kien hemm xi pjaneti tal-patrijiet. Din il-kamra kienet tinfed għal karma oħra fejn kien hemm affarijiet tad-deheb u tal-fidda.

Wara l-kunvent dħalna fil-knisja. Il-knisja hija xogħol il-perit Mederico Blondel. Il-bini tal-knisja beda fl-1660 u tlesta fl-1675. 

L-inkwatru Titulari jurina pittura tal-Lunzjata, li hija xogħol il-pittur Stefano Erardi. Minbarra l-artal, hemm ukoll sitt kappelli. L-istatwa titulari hija waħda meraviljuża magħluqa f’niċċa f’waħda mis-sitt kappelli.

Hekk wara li flejna l-knisja, ħriġna u qabel ma temmejna l-ħarġa, morna sal-bandli tas-Saqqajja, fejn hemmhekk kulħadd qagħad jgħaddi ż-zmien jew jilgħab. Minn qalbi nirringrazzja lil Mr Karl Chircop, lil Mr Sebastian Saliba, lil  Ms Michelle Sant u  lil Ms Sarah Spiteri li mexxewna f’din il-ħar[a hekk interessanti li fiha kulħadd ħa gost b’xi jew ieħor.
 
Sean Azzopardi (Form 2B)


Back to News List