|
. E-Learning Moodle Login |
Tue 09 Dec 2008

Forsi huma hafna dawk li ma japprezzawx l-istorja ta’ Malta. Tajjeb li ngħidu li Malta għandha storja sinjura minħabba li għaddiet minn taħt diversi ħakkiema ta’ kulturi differenti. Din il-mawra sal-Palazz Falzon fl-Imdina, nhar it-Tlieta 9 ta’ Diċembru, 2008, serviet ta’ ġid għalina l-istudenti biex napprezzaw aktar l-evidenzi arkeoloġiċi li għad baqa’ fil-gzejjer tagħna.
Il-gwida ħaditna fil-bitħa ċentrali ta’ dan il-palazz u tatna dehra ġenerali ta’ dan il-palazz. Il-Palazz Falson, magħruf ukoll bhala d-Dar Normanna, huwa l-aktar xiehda ta’ Żmien il-Medjuevu li għad baqgħalna fil-Gżejjer Maltin. Dan kien mibni bi stil Sikulo-Normann b’sular wieħed sas-seklu erbatax. It-tieni sular aktarx inbena mal-wasla tal-Kavallieri f’Malta fis-seklu sittax.
Dan il-Palazz għadda minn diversi fażijiet ta’ restawr. Dan stajna ninnotawh meta il-gwida wrietna d-differenza bejn il-livell tal-art fil-kamra li kienet tmiss mal-bitha ċentrali. Il-kamra li l-aktar laqtitna kienet dik fejn kienu jinżammu l-armi tal-gwerra forsthom xkubetti, lanez tas-seklu ħmistax u sbatax u elmi (kemm tal-Kavallieri kif ukoll waħda minn kultura Iżlamika).
Il-kċina kienet waħda li tilqa’ lil dak li jkun, bil-faċilitajiet kollha li wieħed kellu bżonn fosthom mudell ta’ bastiment tipiku zgħir fejn fih kienu jitqiegħdu l-bżar u l-melħ, bir-roti minn taħt, biex wieħed seta’ jnewlu lill-ieħor fuq il-mejda billi jinbottah.
Fis-sular ta’ fuq rajna diversi pitturi li juru diversi xeni ta’ battalji u nies differenti li kienu ta’ importanza għall-familji li kienu joqogħdu ġo dan il-palazz. Haġa unika li laqtittna kienet l-arloġġ li kien juri biss għaxar sigħat, li minnu hawn tlieta biss u li ġie mill-influwezna tar-Revoluzzjoni Franċiża. Imbagħad rajna ukoll l-istudju, il-librerija, il-post ta’ talb u l-kmamar tas-sodda. Wara tlajna npaxxu ‘l għajnejna bil-veduta minn fuq il-bejt b’kejk mill-itjeb u tazza luminata.
Din kienet harga mill-isbah fejn fiha tgħallimna kemm għandna nkunu kburin bl-identità Maltija u bl-istorja mħallta li għandna.Nirringrazzja lill-għalliema s-Sur A Aquilina u s-Sur J Fenech li mexxewna f’din iż-żjara
Brandon Spiteri 5B
|
Back to News List |