About Us
Downloads
Students
Subjects
.
E-Learning Moodle Login







Latest News

Show News (Variables)

Ħarġa edukattiva sas-Simblija

Is-Simbilja

Thu 04 Dec 2008

Nhar il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru 2008, il-Form 3 rħewlha għal Ħad-Dingli lejn post jgħidulu Is-Simblija.

Hekk kif wasalna fil-post imxejna għal nofs siegħa sħiħa fejn morna Wied Ħażrun u Wied ir-Rum. Is-Simblija huwa villaġġ ta’ sitt tempji. Dan il-post qiegħed moħbi fil-wied minħabba l-biżà fl-imgħoddi mill-furbani. Jiena kelli seba’ mitt sena biex ninżel nara l-fdalijiet ta’ dan ir-raħal.

Hekk kif kien imiss lilna, morna fejn rajna tlett ikmamar, kappella, kċina u forn. Il-kappella meta tidħol fiha għall-ewwel ma tidhirx li hija hekk, iżda, il-gwida tagħna s-Sur Paul Saliba qalilna li hi kappella għax il-ħnejjiet jiġu għall-ponta. Wara morna nżuru l-kċina fejn rajna u spjegalna kif kienu jagħmlu d-dqiq bil-mitħna tal-miexi. Rajna l-forn li kif kien mibni kien ħafna interessanti. Il-gwida spjegalna dwar meta Malta kienet maħkuma mill-Ispanjoli u l-wasla tal-Kavallieri. Hekk kif kien sar il-ħin morna lura, fejn sibna l-kowċ tistenniena biex immorru lura għas-Seminarju.

Kienet ħarġa tassew edukattiva li fih tgħallimt napprezza aktar l-istorja ta’ pajjiżi. Minn qalbi nirringrazzja lill-għalliema Mr Daren Scerri, Ms Jane Zahra u Ms Geraldine Fsadni flimkien mal-Learning Support Assistants Ms Jolene Cini u Mr Justin Mercieca li mexxewna f’din il-ħarġa. Nirringrazzja fuq kollox lil Mr Paul Saliba, li b’ħila kbira qagħad ifissrilna kollox fuq il-post.

Gawdenzio Calleja
Form 3B


Back to News List