L-Iskola Sekondarja fi ħdan is-Seminarju ta' L-Arċisqof, għal darb' oħra qed torganiżżat l-"Information Day". Dan l-appuntament annwali huwa indirizzat b'mod speċjali lejn il-familji ta' l-istudenti li ser jagħmlu l-eżami tal-"Common Entrance". Dan huwa l-programm li kien imħejji għas-Sibt 28 ta' Marzu 2009:
9:00am: Merħba mill-Kap ta' l-Iskola
9:05am: Musical: "Il-Princep Ckejken"
10:15am: Laqgħa mar-Rettur Fr Jimmy Bonnici u l-Kap Ta' L-Iskola Fr David Cilia. Ikun hemm ukoll ħin għall-mistoqsijiet.
11:00am - 1:00pm: Il-mistednin tagħna ikunu jistgħu iduru ma' l-iskola kollha u filwaqt li jgawdu mill-ambjent ta' l-iskola tagħna, ikunu jistgħu anke jaraw xogħlijiet li l-istudenti tas-Seminarju ħadmu matul is-sena bħala parti mill-kurrikulu normalu u anke jitkellmu ma' l-għalliema u studenti li jkun hemm ma dawn il-wirjiet fil-klassijiet.