|
. E-Learning Moodle Login |
Wed 14 May 2008

Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Mejju 2008, il-Form 2 marru l-Belt Valletta flimkien maż-żewġ għalliema , Ms P Debono u Ms A Vella u Mons Alex Cordina biex iżuru l-mużew ta’ affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Knisja ta’ San Pawl. Dħalna f’dar ħdejn il-knisja bl-isem ta’ Domus Pauli u hemmhekk ġie jkellimna l-kuratur is-Sur Joe Huber dwar l-affarijiet li hemm.
Bdejna nitilgħu it-taraġ għax il-wirja tinsab fis-sular ta’ fuq u rajna gradi tal-ħadid u qniepen żgħar. Kif tlajna rajna tliet busti ta’ anġli kif ukoll statwetta ta’ San Pawl. Il-kuratur beda jispjegalna l-użu tal-ġirandola li kienet iddur bis-sagrament ġo fiha.
F’kamra oħra kien hemm affarijiet maħduma bid-drapp bħall-mitra tal-Isqof, b’ħaġar prezzjuż u pjaneta rumana mbrukkata. Fin-nofs tal-kamra kien hemm suġġetta tal-Gran Mastru Perellos. Is-suġġetta kienet tintuża bħala mezz ta’ trasport min-nies bħall- gran mastru, l-Isqof u nies sinjuri u nobbli. Huma kienu jpoġġu ġewwa u l-qaddejja kienu jerfgħuhom. Imsieken!
F’dan il-mużew hemm ukoll pitturi kbar u sbieħ ta’ Mattia Preti. Meta rajt dawn l-oġġetti indunajt għaliex il-Kuratur kien jgħożż ħafna dawn l-affarijiet tant sbieħ!
Wara ħriġna u nżilna fil-Knisja ta’ San Pawl fejn qgħadna nduru u naraw aktar pitturi u statwi li kien hemm.
Kienet żjara interessanti għax tgħallimt fuq dawk l-affarijiet li kienu u għadhom jintużaw fil-knisja.
Simon Camilleri
Form 2B
|
Back to News List |