|
. E-Learning Moodle Login |
Wed 07 May 2008

Nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Mejju 2008, il-grupp tar-raba’ sena morna nżuru tliet postijiet differenti ta’ talb. L-ewwel ma morna kien il-Moskea tal-Musulmani li tinsab f’Raħal Ġdid. Wara introduzzjoni fuq ir-reliġjon Musulmana u fuq il-Moskea nnifisha, aħna l-istudenti kellna ċ-ċans li nagħmlu xi mistoqsijiet li xtaqna. Kellna laqgħa sabiħa u l-iktar ħaġa li laqtitni kienet is-silenzju li kien hemm sakemm ma kienx hemm aħna.
Wara hawn kien imiss il-Knisja tal-Griegi fil-Belt Valletta. Qabel xejn kellna pawsa żgħira fil-Barrakka ta’ Fuq biex nistrieħu ftit. Kif għadda l-ħin tlaqna għall-Knisja tal-Griegi. Hawnhekk kien hawn il-Papass li jmexxi din il-komunità li minkejja l-eta’ kbira tiegħu bil-paċenzja kollha spjegalna fuq il-Kattoliċi Griegi u fuq din il-knisja. Fl-aħħar, min ried, xtara xi ħaġa ta’ tifkira minn din l-istess knisja. Tlaqna minn hawn u kien imiss il-Katidral tal-Anglikani fil-Belt Valletta wkoll. Fi knisja ta’ stil Vittorjan kellna laqgħa ma’ wieħed minn dawk li jieħdu ħsieb din il-knisja fejn għal darb’oħra spjegalna fuq il-fidi Anglikana u l-istess knisja. Wara saru xi mistoqsijiet li ġew ippreparati waqt il-lezzjoni tar-Reliġjon.
Minn hawn tlaqna lura lejn l-iskola.Minn qalbi nirringrazzja lil Ms M De Gabriele, lil Ms R Carabott u lil Mr D Polidano li mexxewna matul din il-ħarġa.
George Spiteri
Form 4B
| More Pictures available here |
|
Back to News List |