|
. E-Learning Moodle Login |
Sat 20 Sep 2008

Nhar is-Sibt, 20 ta’ Settembru, 2008, l-istudenti tal-Form 1 u l-ġenituri tagħhom kellhom laqgħa speċjali għalihom biex jibdew jidraw l-ambjent tal-iskola tagħna. Il-laqgħa bdiet b’introduzzjoni qasira mis-Surmast Dun David Cilia għall-istudenti u l-ġenituri flimkien. Wara dan l-istudenti nqasmu f’erba’ gruppi mmexxija minn Mr David Polidano, Ms Alison Vella, Ms Odette Fsadni, Mr Neville Brincau u Mr Jonathan Galea biex b’hekk ikollhom sessjonijiet li fihom isiru jafu iktar lil xulxin u l-ambjent tal-iskola.
Il-ġenituri kellhom laqgħa għalihom fejn l-ewwel ma tkellem kien ir-Rettur Dun Jimmy Bonnici li fost l-oħrajn fisser kif is-Seminarju hu l-ewwel ħaġa skola, imbagħad skola tal-Knisja u fl-aħħarnett Seminarju. Wara r-Rettur, is-surmast Dun David Cilia tkellem fuq ħafna affarijiet prattiċi li huma marbutin mal-iskola bħal kurrikulu, websajt, dixxiplina, trasport, moodle u riżorsi. Wara xi domandi li tqajmu mill-ġenituri, kien imiss lil Ms Julie-Anne Caruana, Segretarja tal-PTA u lil Ms Doreen Falzon, Chairperson fejn tkellmu fuq l-attivitajiet organizzati mill-Għaqda {enituri
Għalliema tas-Seminarju u li ħeġġu lill- ġenituri joħorġu għall-kumitat għax għat-tfal hi esperjenza sabiħa li jkollhom il-ġenituri attivi fil-PTA.
L-aħħar parti tal-programm kienet li l-ġenituri jinqasmu f’erba’ gruppi mmexxijin minn Ms Carmen Sammut, Mr Anthony Aquilina, Ms Phyllis Debono u Ms Maria Pace. F’dawn il-gruppi l-ġenituri qasmu ma’ xulxin dak li jixtiequ mit-tfal u mill-iskola u dak kollu li jinkwetahom meta jħarsu lejn il-ħames snin tal-iskola fil-ħajja tat-tifel tagħhom.
Kien tassew nofstanhar utli ħafna għat-tfal il-ġodda u għall-ġenituri tagħhom. Wieħed jirringrazzja lill-Guidance Teacher Mr Jonathan Galea u lill-Assistant Head Ms Carmen Sammut tax-xogħol li wettqu fl-organizzazzjoni ta’ din il-laqgħa.
| More Pictures available here |
|
Back to News List |