|
. E-Learning Moodle Login |
Wed 22 Oct 2008

Matul ix-xahar t’ Ottubru, it-tim tal-PSD flimkien mas-Surmast u l-għalliema, ħadmu fuq it-tema tal-"healthy lifestyle". Għal dan l-għan ġew organiżżati diversi attivitajiet, fejn kull klassi kellha lezzjonijiet fuq temi bħal passatempi, stress management, ikel bilanċjat, saħħa fiżika u saħħa mentali. Dawn ġew diskussi matul il-lezzjonijiet tal-PSD f’forma t’ attivitajiet diversi bħal diskussjonijiet u clips.
Fit-22 t’ Ottubru, iddedikajna ġurnata sħiħa fuq din it-tema. Ftaħna l-ġurnata permezz ta' assembly fejn rappreżentant minn kull klassi ta prezentazzjoni dwar ix-xogħol li kienu għamlu fuq it-tema ta' "healthy lifestyle" matul dik il-ġimgħa flimkien mal-grupp u l-għalliema tal-PSD. Wara din l-assembly, ingħata bidu għal kolazzjon b’differenza! Dan kien jinkludi frott, ħobz, yoghurts, ħalib, cereali u anke pudina tajba, msajra mill-kok tas-Seminarju fuq riċetta partikolari li hi tajba għas-saħħa.
Il-ġurnata kompliet permezz ta' taħdidiet, li varjaw minn dawk relatati ma ikel bnin u sustanzuz, u oħrajn kellhom l-opportunita li jiltaqgħu ma’ sportiv fejn iddiskutew it-temi ta’ l-sports u healthy lifestyles. Intwerew ukoll diversi features u DVDs. Kien hemm anke taħdita interessantissima għal ġenituri ta' l-istudenti, li attendew bi ħġarhom.
Fl-aħħar net għalaqna l-ġurnata billi morna mixja mill-iskola sal-Buskett u lura, bil-parteċipazzjoni ta' l-istudenti kollha, l-għalliema u anke il-ġenituri. Kienet ħarġa interessanti fejn stajna napprezaw l-ambjent tal-madwar, in-natura u nirrikrejaw ruħna b'mod li jagħmel il-ġid.
| More Pictures available here |
|
Back to News List |