About Us
Downloads
Students
Subjects
.
E-Learning Moodle Login







Latest News

Show News (Variables)

L-Iskola tagħna tieħu sehem f’Jum Dun Karm

Jum Dun Karm

Wed 15 Oct 2008

Nhar l-Erbgħa, 15 t’ Ottubru, 2008, Malta ċċelebrat Jum Dun Karm li bih fakkret l-anniversarju mit-twelid u l-mewt tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila, li t-tnejn jaħbtu fix-xahar t’Ottubru.

L-iskola tagħna ħadet sehem fi program li tħejja apposta mill-Kumitat Festi Nazzjonali. Iċ-ċerimonja bdiet b’korteo sa quddiem il-monument ta’ Dun Karm li hemm il-Furjana minn rappreżentanti ta’ diversi  għaqdiet u skejjel. Hemmhekk saret ċerimonja sempliċi imma sinifikattiva. Is-Sur Alfred Mallia beda biex ta tagħrif fil-qosor fuq ħajjet Dun Karm. Imbagħad inqraw xi poeżiji ta’ Dun Karm minn xi studenti fosthom Leander Grech tal-Form 2A li qara l-poeżija “Wara x-Xita”. Wara dan, tqiegħdu kuruni u bukketti tal-fjuri mill-għaqdiet u skejjel li ħadu sehem. Wara dan, is-Segretarju Parlamentari għaż-|għażagħ u Sport, l-Onorevoli Clyde Puli, għamel diskors qasir segwit mill-kant tal-Innu Malti mit-tfal tal-Iskola Primarja Antonio Galea tal-Furjana.

L-iskola tagħna kienet rrapreżentata minn Francesco Doublet tal-Form 1A, Mirko Vella tal-Form 1B, Daniel Sammut u Leander Grech tal-Form 2A, Matthew Borg tal-Form 2B u mis-Sur Anthony Aquilina, għalliem tal-Malti. L-istudenti ppreparathom l-għalliema l-oħra tal-Malti, Ms Phyllis Debono. Kien ta’ unur kbir għall-iskola tagħna li ħadet sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni, aktar u aktar li Dun Karm studja u għallem għal xi żmien fis-Seminarju.


Back to News List